Lokali

VOX POP: Tħossu n-nuqqas taċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi?

Ikkummenta

Waslet sena oħra fejn pajjiżna jiċċelebra l-festa ta’ San Pawl Nawfragu… iżda din is-sena fuq skala iżgħar mis-soltu minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

Fil-fatt, din il-festa kien iċċelebrata bil-Pontifikal fil-Kolleġjata ta’ San Pawl Nawfragu tal-Belt Valletta. Ċelebrazzjoni li tmexxiet mill-Arċisqof Charles J. Scicluna, fil-preżenza tal-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż.

Minkejja li ma sarux ċelebrazzjonijiet oħrajn, l-Għaqda tal-Pawlini żejnet l-inħawi ta’ madwar il-knisja biex tfakkar dan il-jum tant importanti.

Din il-festa kienet l-aħħar waħda li kienet iċċelebrata b’mod sħiħ matul is-sena 2020 għaliex ftit wara f’pajjiżna bdew jinstabu l-każi tal-Coronavirus.