Żewġ żgħażagħ ingħataw il-libertà proviżorja wara li ammettew li serqu apparat domestiku minn numru ta’ appartamenti li kienu għadhom diżabitati u fil-proċess li jkunu lesti.
Leon Lee Zammit, ta’ 21 sena minn Ħal Lija, tressaq il-Qorti fil-festa pubblika flimkien ma’ sieħbu u li ismu kien ipprojbit mill-pubblikazzjoni minħabba l-fatt li għadu taħt l-età fil-ħin meta seħħew is-serqiet.
Iż-żewġ żgħażagħ ġew akkużati b’mod konġunt b’erba’ każijiet separati ta’ serq aggravat li jmorru lura s-sena li għaddiet. L-ewwel żewġ appartamenti, fil-Mosta u l-Imġarr, li kienu fil-mira bejn is-6 u t-8 ta’ Ottubru.
Ġranet wara, fil-lejl bejn it-12 u t-13 ta’ Ottubru, l-istess proprjetà tal-Imġarr kienet il-mira għat-tieni darba. Fl-istess lejl, appartament ieħor ta’ l-Imġarr fi blokka li kienet qed tinbena, kien ukoll invadut.
Il-marki tas-swaba li ttieħdu mir-residenzi , eventwalment wasslu lill-investigaturi għand wieħed mis-suspettati, skif pjegaw fil-Qorti l-Ispetturi Lydon Zammit u Stephen Gulia.
Hekk kif komplew l-investigazzjonijiet, aktar evidenza, inkluża dejta dwar il-lokalizzazzjoni tal-mowbajl, profili tas-sejħiet u messaġġi, eventwalment rabtu lis-suspettat l-ieħor mas-sensiela ta’ serqiet.
Iż-żewġ suspettati ġew arrestati u sussegwentement mixlija, u ammettew l-akkużi. Zammit ġie akkużat separatament bi ksur ta’ sentenza sospiża preċedenti, ordni ta’ probation u anke li sar reċidiv..
Iż-żagħżugħ l-ieħor ġie wkoll akkużat separatament li kiser ordni ta’ probation. Il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, ġiet infurmata li l-akkużat ikkoopera mal-investigaturi, u anke qal lill-pulizija kif biegħu ftit mill-oġġetti misruqa fuq Facebook.
L-avukati tal-akkużati talbu l-libertà proviżorja taħt superviżjoni, sakemm tingħata sentenza, sabiex iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jiksbu għajnuna biex jindirizzaw il-problemi sottostanti li kienu l-kawża tal-imġieba kriminali tagħhom.
Fid-dawl tal-fatt li huma wieġbu ħatja tal-akkużi miġjubin kontrihom, il-Prosekuzzjoni ma oġġezzjonatx għal din it-talba. Il-Qorti laqgħet it-talba fuq depożitu ta’ €800 u garanzija personali ta’ €10,000 flimkien ma’ curfew, u poġġiet ukoll liż-żewġ żgħażagħ taħt ordni ta’ trattament. L-avukati Franco Debono u Marion Camilleri assistew liż-żgħażUgħ taħt l-età, filwaqt li Avukat Rachel Tua assistiet lil Zammit.
//= $special ?>