Futbol Sport

Bayern Munich jirbħu t-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs

(Ritratt: EPA)

Fil-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs, Bayern Munich għelbu l-isfida ta’ Tigres tal-Messiku b’rebħa ta’ 1-0 biex b’hekk rebħu s-sitt tazza f’inqas minn disa xhur.

Bayern Munich ħasbu li fetħu l-iskor wara 18-il minuta permezz ta’ Joshua Kimmich, b’liema gowl kien imħassar permezz tal-VAR għall-offside.

Il-gowl li ddeċieda l-konfront wasal mas-siegħa logħob permezz ta’ BENJAMIN PAVARD b’Bayern ikomplu joħolqu aktar ċansijiet sat-tmiem. B’din ir-rebħa, Bayern sar it-tieni tim fl-istorja li rnexxielu jirbaħ sitt trofej fl-istess perjodu sa mill-2009 meta dakinhar Pep Guardiola kien wassal lil Barcelona għal dan is-suċċess.