Lokali Qorti

Żvelat kif John Woods qatt ma ssemma’ fl-investigazzjoni dwar il-qtil ta’ Charlene Farrugia

“Ara ma nkunx off u taqbad u ċċempilli” – dawn kienu l-kummenti tal-eks Spettur tal-Pulizija Paul Bond lill-Ispettur tal-Pulizja Therese Sciberras li kien qaltlu li kien hemm raġel li xtaq li jagħti nfomazzjoni dwar Charlene Farrugia. Farrugia kienet diġa ġiet rappurtata bħala ‘missing person’.

Il-persuna kien l-eks sieħeb tal-vittma, Jonathan Attard, li kien għamel kuntatt mal-Ispettur Sciberras. Attard kien qal ukoll li kien qed jibża’ mill-fatt li xi ħbieb tiegħu li huma midħla tad-droga, kienu lesti li jweġġgħu lil Charlene.

Dan ħareġ minn dokumenti li ġew żvelati fil-Qorti mid-difiża meta kompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ John Paul Woods li kien stqarr mal-Pulizija li lura fl-2008 kien qatel u qatta’ biċċiet lil Charlene Farrugia.

Madankollu meta tressaq il-Qorti u waqt dawn il-proċeduri, Woods qed jikkontesta dawn l-akkużi, u qed jgħid li kienet persuna oħra nvoluta f’dan id-delitt. Tant hu hekk illi fil-Qorti llum ġie żvelat kif John Woods qatt ma ssemma’ fl-investigazzjoni dwar il-qtil ta’ Charlene Farrugia.

Woods ta’ 40 sena qed jiġi ġie mixli li f’Novembru ta’ 12-il sena ilu, qatel lil Farrugia, li kellha 25 sena u li kienet taħdem bħala carer. Hi kienet instabet imqatta’ biċċiet, f’xelter fil-Belt, bill-fdalijiet tagħha jinstabu f’Lulju tal-2019.

Quddiem il-Maġistrat Marsanne Farrugia, l-Avukat ta’ Woods, Roberta Bonello għamlet il-kontro-eżami ta’ Raymond Aquilina li fiż-żmien il-qtil ta’ Farrugia kien jieħu ħsieb jinvestiga l-persuni rrappurati nieqsa u seta’ wassal għal dan.

Hija staqsiet diversi mistoqsijiet li fosthom jindikaw li madwar sentejn li Farrugia ġiet rappurtata nieqsa, xi ħadd kien raha Bormla, u li minkejja li saru verifiki mas-CVA, il-kumpanija li tikkonrolla l-ħruġ u d-dħul fil-Belt Valletta, jirriżużulta li din setgħet ħarġet mill-kapitali.

L-uffiċjal Aquilina kkonferma wkoll fil-Qorti li l-isem John Paul Woods qatt ma ssemma’, kien indagat, li b’xi mod kien involut fil-każ. Qal ukoll li huwa kellu aċċess għal persuni kemm suspettati kif ukoll persuni li b’xi mod setgħu jagħtu xi tip ta’ nformazzjoni dwar il-każ. Tenna li kien jagħmel updates ta’ dak li kien jiġri.

Mistoqsi kif oħt l-għarus ta’ Charlene Farrugia, Abigal Tanti kienet fiċ-ċentru ta’ kollox, saħansitra kienet hi li kellha l-aktar kuntatti mal-Pulizija fuq il-vittma, saħansitra aktar mill-istess ġenituri tagħha.

Ix-xhud qabel u anke fuq il-fatt li Tanti kienet anke tippretendi li jekk Farrugia tinstab, hi tingħata l-ewwel informazzjoni, qal li Tanti kienet toqgħod fl-appartament ta’ Farrugia fejn kellha aċċess għalih u għalhekk tfittxijiet li kienu jsiru fir-residenza kienu bilfors jirrikorru għandha.

Ix-xhud li hija kienet anke għamlet rapport li kienu saret serqa mill-post. Fuq mistoqsija simili wkoll dwar Jesmond Cassar magħruf bħala It-Tito, qal li dawn kienu jkunu ħafna flimkien, madankollu serraħ ras id-difiża li kull informazzjoni utli, tiġi minn fejn tiġi, kienet tingħata mportanza.

L-Avukat Bonello staqsiet dwar il-konsistenza, jew nuqqas tagħha li l-Pulizija kienet tirċievi mingħand Tanti u Cassar u jekk qattx pprova jiverifikiha, huwa wieġeb fl-affermattiv.

Imbagħad qam punt dwar is-CVA fejn jidher li hemm ħinijiet li ma jaqblux u li fil-fatt joħroġ li fis-6 ta’ Novembru tal-2008 il-karozza kienet l-aħħar li daħlet il-Belt, jidher li l-affarijiet seħħew mod ieħor.

Irriżulta li għalkemm il-cameras dejjem ikunu on, is-CVA ma tiċċarġjax flus f’ċerti ġranet u ħinijiet, iżda xorta tiġbed ritratti 24 siegħa kuljun tad-dħul u l-ħruġ.

Aquilina qal li l-karozza deheret tidħol imma ma ħarġitx mid-9 ta’ Novembru. bejn is-sitta u d-disa’. Qal li ma jistax jgħid mija fil-mija jekk jirriżultax li ħarġet mill-Belt minħabba li l-cameras ma kienux qed jaħdmu.

“Le ma tawni l-ebda nformazzjoni li ħarġet, qatt ma nista’ ngħid jekk il-cameras kienux mitfija jew mixgħula. Jien bqajt insegwi l-każ sa Ottubru tal-2009 u naf li mas-CVA iċċekkja Antoine Cilia, dak iż-żmien Surġent u llum Spettur, naf li morna aħna fil-premises tas-CVA nagħmlu l-verifiki,” qal Aquilina.

Mara li rat lil Charlene ħierġa mill-Belt bil-karozza

L-Avukat Bonello qalet li Abigail Tanti kienet mal-vittma san-12.30pm. u mis-CVA ħareġ li hija diġa kienet tinsab il-Belt, u kien hemm mara li fis- 1.30pm rata nieżla b’xi basket, u li din kienet għarfitha bħala Charlene. Hija staqsiet lix-xhud jekk investigax dan il-fat.

Ix-xhud ikkonferma dan u qal li n-nies tiegħu kienu tkellmu ma’ mara li iżda xtaqet li tibqa’ anonima, din qalet li kienet ipparkjata u rata ħierġa bil-karozza .

Dwar dak li qal Jonathan Attard fuq l-informazzjoni li ried jagħti fuq il-vittma, Aquilina qal li dan kien ġie mitkellem kemm il-darba. Dwar informazzjoni oħra li wara li kienet ħafna nieqsa, xi ħadd ra lil Charlene Farrugia għaddejja minn Bormla, din l-informazzjoni ngħatat minn Jonathan Attard.

fDan qal li kien ġab l-informazzjoni mingħand Jesmond Cassar, u dan qal li kienet rata t-tifla tiegħu ta’ 15-il sena. Din kienet qalet li rata għaddejjna fejn il-kumpless Kottonera.

Dwar jekk huwa kellimx lil ħaddieħor għall-informazzjoni, Aquilina tenna li għamel dak kollu possibbli, iżda ma seta;’ jisforza lil ħadd. Qal li wara ma kompliex bil-każ għax kien ġie trasferit.

Qal li floku kompla jagħmel ix-xogħol Ispettur Melvin Camilleri. Mistoqsi jekk Abigail Tanti u Jonathan Attard jew xi ħaddieħor kienux suspettati, ix-xhud qal li iva, f’dak l-isadju ħafna jkunu suspettati. Il-kumpilazzjoni se tkompli fit-22 March fis-1.00pm. fejn ġiet iffissata wkoll seduta oħra għas-6 ta’April fl-10.00am.