Futbol Sport

Chelsea u Southampton fil-kwartifinali

Gowl uniku fit-tieni taqsima ipoġġi lil Chelsea fir-round li jmiss. Minkejja li Chelsea ddominaw l-ewwel taqsima fil-konfront ma’ Barnsley – tim mic-Championship, kellhom jistennew sal-64 minuta biex marru fil-vantaġġ. Azzjoni minn Reece James lejn TAMMY ABRAHAM li għeleb lil Bradley Collins. Gowl li kien biżżejjed għal Chelsea li jgħaddu għal kwarti tal-finali tal-kompetizzjoni.

Żewġ gowls fit-tieni taqsima għal Southampton għamlu d-differenza kollha f’konfront li f’mumenti kien ibbilanċjat l-aktar fl-ewwel taqsima li ntemmet 0 – 0 . Fid-49 minuta DANNY INGS għeleb lil John Ruddy b’Southampton fil-vantaġġ. It-tieni gowl skurjat fl-aħħar minuta meta minn azzjoni ta’ Nathan Telia kien STUART ARMSTRONG li mill-ġdid għeleb lil Ruddy u post għal Southampton fil-kwarti tal-finali.

FA CUP

Kwartifinali: Everton v Man City, Leicester v Man Utd, Bournemouth v Southampton, Chelsea v Sheffield United