Huma 151 il-każi ġodda ta’ Covid-19 f’pajjiżna li ġew irreġistrati bejn l-Erbgħa u l-Ħamis…biex b’hekk fl-aħħar sitt ijiem fil-Gżejjer Maltin kellna 801 każi ġodda.
Din iċ-ċifra ttella’ għal 19,333 n-numru totali ta’ persuni li ħadu l-virus f’Malta sa mill-bidu tal-firxa tal-pandemija fil-Gżejjer Maltin.
Fl-istess perjodu ta’ ħin fiequ 156 persuna biex issa huma 16,646 dawk il-persuni li fiequ.
Dan kollu tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa, fejn ġie mħabbar ukoll li fl-aħħar 24 siegħa pajjiżna ma rreġistra ebda fatalità kawża ta’ dan il-virus.
Sabiex it-total ta’ vittmi tal-Covid-19 f’pajjiżna għadu qed jammonta għal 286.
B’hekk, il-każi attivi issa jammontaw għal 2,401.
Dan filwaqt li tul il-jum tal-Erbgħa ngħataw 1,261 vaċċin – b’793 jingħataw t-tieni doża.