Futbol Sport

Everton jikkwalifikaw wara l-ħin barrani f’partita mimlija gowls

Everton għelbu lil Tottenham Hotspur wara l-ħin barrani f’logħba mimlijia gowls li ntemmet 5-4. Wara biss tlett minuti logħob minn azzjoni ta’ Heung Min Son kien DAVINSON SANCHEZ li għeleb lil Robin Olsen b’ Tottenham Hotspur fil-vantaġġ. Minkejja li sofrew gowl kmieni, Everton wettqu reazzjoni tant li fil-35 minuta minn azzjoni ta’ Sylfi Sigurdsson kien DOMINIC CALVERT LEWIN li għeleb lil Hugo Lloris għal gowl tad-draw.

B’Tottenham maħsuda mill-gowl, żewġ minuti wara minn pass ta’ Calvert Lewin, RICHARLISON għeleb mill-ġdid lil Lloris b’Everton 2 – 1 fil-vantaġġ. Fit-43 minuta penalty għal Everton. Taħ u skurjaħ GYLFI SIGURDSSON b’Everton bit-tielet gowl f’seba’ minuti.
Minuta minn tmiem l-ewwel taqsima kien ERIK LAMELA li naqqas l-iskor għal Tottenham 3 – 2 . Kif kien mistenni Tottenham fetħu t-tieni taqsima fuq l-attakk tant li fis-57 minuta għamlu l-iskor 3 – 3 permezz ta’ DAVINSON SANCHEZ.

Everton irritaljaw u fit-68 minuta azzjoni bejn Sigurdson u RICHARLISON li għeleb lil Loris b’Everton 4 – 3 fil-vantaġġ. Fl-84 minuta l-iskor sar 4 – 4 din id-darba b’gowl ta’ HARRY KANE minn azzjoni ta’ Heung Min Son.Biex fil-ħin barrani Everton skorjaw il-gowl importanti permezz ta’ BERNARD b’xutt mill-ewwel li għeleb lil Hugo Lloris.

Manchester City rebħu kontra Swansea bl-iskor ta’ 3-1. Fit-30 minuta fetħu l-iskor permezz ta’ KYLE WALKER li għeleb lil Freddie Woodman . Fis-47 minuta minn azzjoni ta’ Rodri kien RAHEEM STERLING li rdoppja. Tlett minuti wara minn pass ta’ Bernardo Silva kien GABRIEL JESUS li mill-ġdid għeleb lil Woodman. Bil-partita deċiża, fis-77 minuta Swansea skurjaw il-gowl ta’ konsolazzjoni permezz ta’ MORGAN WHITTAKER li minn azzjoni ta’ Ryan Manning għeleb lil Zak Steffen.

Leicester għelbu lil Brighton bl-iskor ta’ 1-0. Bil-partita destinatha li tmur għal ħin barrani, fis-sitt minuta tal-ħin miżjud, Leicester wettqu l-impossibbli meta minn pass tra’ Youri Tielemans kien KELECHI IHEANCHO li għeleb lil Christian Walton bl-aħħar azzjoni tal-partita u l-gowl ta’ kwalifikazzjoni.


Minkejja li Sheffield United iddettaw il-partita, kien biss f’nofs it-tieni taqsima li rnexxielhom imorru fil-vantaġġ. Mat-tkeċċija ta’ Alfie Mawson għal Bristol, minn penalty fis-66 minuta kien BILLY SHARP li għeleb lil Max O’Leary. Gowl li poġġa lil Sheffield fil-fil-kwarti finali tal-FA Cup.

Il-Ħames Rawnd: Ilbieraħ; Burnley v Bournemouth 0-2, Man Utd v West Ham 1-0, Illum; Swansea v Man City 1-3, Leicester v Brighton 1-0, Sheff Utd v Bristol City 1-0, Everton v Totenham 5-4
Għada; Wolves v Southampton 6.30pm, Barnsley v Chelsea 9.00pm