Formula 1 Sport

Fernando Alonso jiddaħħal l-isptar wara inċident bir-rota

Is-sewwieq tal-Formula 1 Fernando Alonso, iddaħħal l-isptar wara inċident li kellu waqt li kien qed isuq ir-rota fl-Iżvizzera. It-tim ta’ Alonso, Alpine F1 team qal li Alonso jinsab f’sensieh u se jkunu qed isiruli aktar testijiet mediċi matul il-jum ta’ għada.

Alonso se jkun qed jirritorna fil-Formula 1 dan l-istaġun wara li ilu żewġ staġuni ma jikkompeti. Matul il-karriera tiegħu fl-F1, Alonso rebaħ darbtejn it-titlu ta’ champion tad-dinja fl-2005 u l-2006 ma Renault.