“Pajjiżna mhux qiegħed juża bi sħiħ u bl-aktar mod effettiv il-ħidma mid-dar permezz ta’ telework.”
Dan ħareġ minn rapport ippublikat mill-Bank Ċentrali ta’ Malta fejn ġie indikat li matul il-bidu tal-firxa tal-pandemija tal-Covid-19 f’pajjiżna – kienu biss 33% tal-ħaddiema fil-Gżejjer Maltin li ħadmu mid-dar bejn Marzu u April. Jekk wieħed jelimina t-tagħlim u l-edukazzjoni ta’ uliedna mid-dar..din il-perċentwali tonqos għal ftit inqas minn 25%.
Din iċ-ċifra tikkuntrasta bil-qawwi mal-medja Ewropea ta’ 48% li ġiet reġistrata sax-xahar ta’ Lulju.
L-istudju mill-Bank Ċentrali ta’ Malta dwar il-potenzjal ta’ Malta għat-Teleworking wera li fl-2019, qabel ma tfaċċat il-pandemija – kienu biss ftit inqas minn 12% tal-ħaddiema li kienu jwettqu parti minn xogħolhom fuq bażi ta’ teleworking. Madanakollu l-Bank Ċentrali nnota li f’pajjiżna dan ix-xogħol seta’ faċilment żied għal ftit inqas minn 16% – bi kważi 4 impjiegi minn 20 jistgħu jitwettqu mid-dar.
L-istħarriġ wera li impjiegi fuq bazi ta’ telework ikabbru sostanzjalment ir-rata ta’ impjiegi fis-setturi tat-teknoloġija avvanzata kif ukoll jirreġistraw żieda fl-impjiegi fost in-nisa.
//= $special ?>