GŻIRA U……………………………8
MQABBA………………………….0
Gżira U.: A. Curmi (K. Zammit 46′), G. Bohrer, S. Borg (K. Pulo 46′), N. Muscat, D. Xuereb, J. Mendoza (C. Borg 46′), R. Correa, S. Borg (O. Elouni 46′), B. Atajic (A. Scicluna 46′), F. Pinheiro, J. De Assis
Mqabba: J. Grech, O. Khatib (J. Azzopardi 68′), N. Falzon, G. Mannino (G. Azzopardi 68′), D. Pace (G. Micallef 75′), R. Cauchi (S. Pisani 90′), R. Cutajar, R. Spiteri (K. Ghigo 90′), M. Bangoura, D. Micallef, G. Bugeja
Referee: P. Farrugia
Assistenti referees: A. Camilleri, J. Muscat
Gżira United kisbu post mal-aħħar 16-il tim tal-FA Trophy wara li fl-aħħar partita mir-round tal-aħħar 32 għeblu lil Mqabba 8-0. Gżira ma setax kellhom bidu aħjar u wara biss tliet minuti fetħu l-iskor meta minn cross ta’ Dexter Xuereb, kien BAHRUDIN ATAJIC li kkonkluda mill-viċin. Żewġ minuti wara Gżira rduppjaw meta minn pass fit-tul ta’ Steve Borg, kien RICARDO CORREA li wara li avvanza fil-kaxxa kkonkluda fil-baxx.
Fit-tmien minuta, Gżira għamluhom tlieta u prattikament għalqu l-partita, meta minn corner ta’ Correa, kien GABRIEL BOHRER li bir-ras għeleb lil Grech. Fl-24 minuta, JEFFERSON DE ASSIS għamilhom 4-0 meta kkonluda mill-viċin fuq cross ta’ Xuereb. It-tim imexxi minn Darren Abdilla skorja l-ħames gowl fit-38 minuta meta wara li FILYPE PINHEIRO twaqqa’ fil-kaxxa bl-istess plejer mill-ħdax -il metru ma żbaljax. Żewġ minuti wara Gżira għamluhom 6-0 meta minn clearane ħażin tal-gowlkiper ta’ Mqabba, il-ballun wasal għand Mendoza li qabbeż minn fuq id-difiża fejn sab lil DE ASSIS fejn wara li dar mal-gowlkiper xeħet f’xibka vojta.
Fit-tieni taqsima, il-kowċ ta’ Gżira għażel li jagħmel ħames sostituzzjoni bir-ritmu tal-partita jonqos xi ftit. Iżda, fit-73 minuta, Gżira kellhom is-seba’ gowl mħassar meta Xuereb daħal tajjeb fil-kaxxa bir-referee iħassar il-gowl. Fil-75 minuta, il-Maroons xorta għamluhom 7-0 b’konklużjoni tajba ta’ JACKSON MENDOZA. Fil-81 minuta JEFFERSON DE ASSIS għamilhom 8-0 u għaqqad il-hat-trick b’konklużjoni fil-baxx.
//= $special ?>