Futbol Sport

It-tieni rebħa konsekuttiva għal St.George’s

Chris Cassar

ST.GEORGE’S …………… 3

SAN GWANN ……………. 1

St. George’s: M. Bartolo, M. Caruana, J. Briffa, Y. Nomura, B. Gomes, W. Zamble, L. Agius, J. Sultana, M. Farrugia, O. Magro, J. Grech.

San Gwann: C. Formosa, K. Bartolo, J. Bowman, A. Adediran, L. Mallia, C. Gauci, B. Kuyper, O. Spiteri, C. Omoruanzoje, C. Gauci, U. Calistus.

Referee: Ezekiel Barbara

St.George’s wettqu rimonta tajba kontra San Gwann biex kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva u taw daqqa ta’ ħarta lill-aspirazzjonijiet ta’ San Gwann. San Gwann fetħu l-iskor bi freekick mill-isbaħ ta’ Calistus ta’ 17-il minuta daqstant ieħor kienet spettakolari r-risposta ta’ Lee James Agius fis-37 minuta. Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima Nomura poġġa’ lill-Bormliżi minn fuq b’xutt angolat fil-baxx.Fit-tieni taqsima San Gwann attakkaw iżda ftit kienu perikolużi u St. George’s għal kuntrarju bdew ikunu effettivi bil-ħarbiet tagħhom u minuta mit-tmiem għalqu l-logħba bit-tielet gowl li kien skorjat minn Wilfried Zamble.