Futbol Sport

John Buttigieg iħalli lil Floriana

Fuq il-paġna tal-midja soċjali tagħhom Floriana ħabbru li l-kowċ John Buttigieg irriżenja mill-kariga tiegħu bħala kowċ fi ħdan il-klabb.

Fl-istqarrija Floriana qalu li Buttigieg informa lill-klabb b’din id-deċiżjoni filwaqt li saħaq li għamel dan fl-interess tal-klabb. Min-naħa tagħhom Floriana irringrazzjaw lil Buttigieg tax-xogħol u d-dedikazzjoni li wera fit-tmexxija ta’ dan it-tim.

Floriana jinsabu għaddejin minn forma negattiva fil-kampjonat u sfaw relegati mill-FA Trophy kontra Santa Lucia. John Buttigieg kien għadu qiegħed jistenna l-ewwel rebħa ma’ dan il-klabb sa minn meta nħatar kowċ lejn l-aħħar ta’ Diċembru.