Anthony Delia ta’ 47 sena mill-Isla kien jieħu €500 kull darba li jagħmel vjaġġ b’vann bid-droga fejn din llegatament kienet qed tiġi trasportata d-minn post għal ieħor. Dan wara li kienet tiġi mportata minn Sqallin. Meta Delia ġie arrestat huwa qal lill-Pulizija li kien għamel madwar ħames vjaġġi.
Dan ħareġ mix-xhieda tal-Ispettur Mark Anthony Mercieca meta bdiet il-kumpilazzjoni ta’ Delia quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri, li wara li sema’ 10 uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija jixhdu, l-maġġor parti mit-Taqsima ta’ Kontra d-Droga, iddikjara li hemm provi biżżejjed biex l-imputat jitpoġġa taħt att ta’ akkuża.
Flimkien ma’ Delia, iżda b’mod separat kienu tressqu Giuseppe Schepis ta’ 29 sena minn Messina u Rosario Posata ta’ 32 sena minn Sirkakuża, t-tnejn residenti San Pawl il-Baħar.
Huwa qed iwieġbu mhux ħatja li kienu fost erbgħa rġiel li kienu ġew arrestati mill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga fejn ġewwa vann sabu fridge u chest freezer, li fihom kien hemm xejn inqas minn 21 kilo kannabis, f’vann.
Għalkemm għadu ma ġiex konfermat fil-Qorti mill-esperti, l-valur fit-triq li kieku d-droga nbiegħet tlaħħaq l-€420,000. Il-Malti u l-Isqallin qegħdin jiġu mixlijin b’assoċjazzjoni u importazzjoni u pussess tad-droga kannabis. Huma kienu wkoll akkużati bil-pussess tad-droga kokaina.
Mix-xhieda tal-Ispettur Mercieca, konfermata mill-uffiċjali tal-Pulizija li stħarrġu dan il-każ ħareġ li Rosario Posata kien osservat idur permezz ta’ vann Peugeot fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar u l-Qawra, fejn hemm mar f’garaxx. Il-Pulizija kontinwament kompliet isegwi l-movimenti tiegħu u aktar tard ta’ persuni oħra.
L-Ispettur qal li s-sorveljenza fuq il-vann bdiet fl-1 ta’ Frar u li dan kien jidher jiċċaqlaq ħafna u anke jmur f’diversi lokalitajiet fosthom Bulebel u Ħal Tarxien.
Delia kien jirkeb fil-vann u jmur fuq is-seat biex isuq hu, filwaqt li persuna oħra kienet tispiċċa fuq is-seat tal-passiġġier. Għand l-akkużat ma nstabitx droga. Ħareġ ukoll li Delia kkopera ħafna fl-ewwel stqarrija li ta lill-Pulizija.
Ħareġ li Delia kien imur jiltaqa’ mal-akkużati l-oħra fil-post fejn kien ikun il-vann imma mbagħad wara, u dan skont x’qalilhom l-istess Delia, kien jitwaqqaf ħdejn bus stop u jmur id-dar b’tal-linja.
F’garaxx fejn kien jitħalla l-vann instabu diversi appliances oħra li kienu jinkludu fridges u chest freezers u kien hemm ukoll imwaħħal l-isem ta’ Delia u numru tal-mobile tiegħu. Skont l-Ispettur Mercieca l-akkuża ikkopera mal-Pulizija, fl-ewwel stqarrija iżda ma riedx jagħti x-xhieda tiegħu fl-Inkjesta Maġisterjali.
Ingħad ukoll li huwa ma riedx jikkonsulta ma’ Avukat ta’ fiduċja tiegħu mal-arrest. Xhud importanti kien ix-Xjenzat Godwin Sammut, li qal li fl-1 ta’ Frar ta’ din is-sena fit-7.45pm mar fil-garaxx tadd-depot tal-Pulizija.
Qal li preżenti kien hemm l-akkużati Rosario Posata. Qal li mill-ewwel fridge elevaw 11-il pakkett u mit-tieni disa’ u sseparaw il-boroż. Qal li kienet sustanza ta’ lewn aħdar u li fil-5 ta’ Frar ġie kkonfermat li kienet kannabis grass b’ammonti ta’ bejn 21 u 23 kilo.
Huwa qal li għalissa ma jistax jgħid kemm tiswa’ d-droga fit-triq u jkun f’poizzjoni li jagħmel dan dalwaqt. Xehd ukoll Josef Xuereb, li huwa Direttur f’kumpanija li tikri l-karozzi fejn qal lipersuna talbu biex jikri vann mit-28 ta’ Jannar sal-31 ta’ Jannar,
Qal li dan kien ċertu Luca Pizzo, li minkejja li ma kienx ċempilli kmienu filgħodu meta kellu jgħaddi lura l-vann fl-aħħar ta’ Jannar, talbu biex iżommu ftit ieħor.
Qal li iżda f’mument minnhom kien ċempillu t-Taljan u qallu li l-vann kien insteraq u qallu biex jagħmel rapport l-Għassa tal-Pulizija. Wara li għamel il-verifiki tiegħu fejn kien permezz tad0data track dan instab il- Floriana.
Wara kellu jixhed l-istess Luca Pizzo li qal li joqgħod Marsascala. Huwa ingħata t-twissija li dak li kien se jgħid seta’ jittieħed bħala prova kontrih. Pizzi ma wieġeb għal ebda domanda li saritlu.
Xehed ukoll is-Surġent Anton Micallef li qal li ngħata struzzjonijiet biex ikun osservat vann li kien f’San Pawl San Pawl il-Baħar, u li kien qed idur fil-vojt fi Triq it-Tamar il-Qawra.
Tenna li fl-1 ta’ Frar dan kien qed jiġi misruq fl-inħawi ta’ Raħal Ġdid fejn għadda minn Raħal Ġdid, Ħal Tarxien u spiċċa faċċata ta’ Bulebel, Minnu niżel Rosario Posata u ċertu Anthony Delia, fejn dan rikeb u qabad is-suq b’ċertà veloċitu fid-direzzjoni tal-Floriana stores fejn Spencer Hill.
Qal li hemmhekk steneww u raw xi xogħol qed jitgħabba. Dan ix-xogħol ikun fuq palletti f’maħżen ta’ ċertu Ivan Hammett, burdnar li jinsab fix-xogħol ta’ importazzjoni ta’ oġġetti minn Sqallija.
Qal li kien hawn li l-Pulizija marru fuq Delia u l-Isqalli jitgħabba xi xogħol u marru fuqhom, waqqaf lil Delia u tfittixja. Hemm ittieġed mobile phone u malli neħħew is-siġill ta’ waħda kaxxi sabu boroż imdaqqsin b’dik maħsuba li kienet droga.
Qal li matul il-lejl kienet saret tfitxxija fejn joqgħod Giuseppe Schepis u fil-garaxx fejn hemm insabet aktar droga u kaxxa fil-kannabis u anke droga f’cooker u kien hemm ukoll appliances bil-kliem Delia u tyers ħodda fijamanti.
Membri tal-Korp tal-Pulzija oħra qalu wkoll li sabu miżien li jintuża għad-droga fit-tfitrxijet li għamlu u li l-ordni li kellhom mis-superjuri tagħhom kienet li jibdew isegwu l-vann inkwistjoni fid-29 ta’ Jannar, kif fil-fatt ġara.
Delia għamel talba għal libertà proviżorja bl-Avukat Franco Debono li flimkien mal-avukati Michael Sciriha u Ryan Ellul qegħdin jidhru għalih qal li meta qed jara l-oġġezzjoni minn naħa tal-Avukat Ġenerali dawn huma talbiet akkademiċi.
Qal li fuq il-gravita tal-każ, din waħedha mhijiex raġuni biżżejjed għaliex ma jingħatax il-ħelsien, u minkejja li l-piena f’każijiet bħal dawn hija dik li hu, ħadd ma weħel dawn it-tip ta’ pieni f’25 jew 30 sena.
Huwa qal li l-ħelsien mhux ristrett, verament li Delia m’għandux dritt assolut jieħu l-bail, iżda l-libertà hija r-regola. Tenna li kull ma’ baqa’ huwa sid il-garaxx fejn instabu xi oġġettiu dan kemm jippreżenta dokument.
Filwaqt li l-Avukat Debono faħħar il-mod kif il-Qorti semgħet kważi lil kulħadd fis-seduta tal=Ħamis u għall-mod kif qed tmexxi dawn il-proċeduri, tenna li akkużat kkopera mal-Pulizija, għandiu rabtiet sodi mal-pajjiż, għadnu familja u tfal.
Għandu wkoll rabtiet fil-kommunità sodi ħafna, b’impieg fiss u lest li joqgħod għall-ordnijiet kollha, li tagħti l-Qorti u li l-akkużat qiegħed f’pożizzjoni li joqgħod għal dak kollu li tordna l-Qorti, f’każ fejn żgur ma hemm l-ebda kontamizzjoni tal-provi.
Il_Qorti minn naħa tagħja qalet li sa dan l-istadju, għadha mhux sodisfatta li jekk l-akkużat jingħata l-ħelsien mill-arrest huwa jkun jista’ jaderrixxi mal-ordnijiet imposti fuqu. Il-każ ikompli fit-23 ta’ Marzu 11.30 am.
//= $special ?>