Raġel ta’ 28 sena mill-Gambja qiegħed jinżamm arrestat wara li nstabet droga suspettata ħaxixa tal-cannabis fir-residenza tiegħu fil-Gżira.
Dalgħodu għall-ħabta tat-tmienja, waqt li uffiċjali tal-Immigrazzjoni u pulizija mir-Rapid Intervention Unit kienu qegħdin jagħmlu spezzjonijiet fil-Ħamrun, waqqfu żewġt irġiel, li rriżulta, li ma kellhomx dokumenti ta’ identifikazzjoni fuqhom.
Għalhekk l-uffiċjali akkumpanjaw lill-irġiel fir-residenzi rispettivi tagħhom sabiex jikkonfermaw l-identità mad-dokumenti tagħhom. Fl-appartment tar-raġel ta’ 28 sena, il-pulizija innutat xi oġġetti li allegatament jintużaw fl-użu u l-bejgħ tad-droga u għalhekk saret tfittxija, li rriżultat fis-sejba ta’ droga suspettata ħaxixa tal-cannabis, bi ftit mid-droga lesta f’boroż żgħar, allegatament lesti biex jinbiegħu.
Ir-raġel qed jinżamm arrestat fil-Lock up tal-Pulizija l-Floriana, filwaqt li l-investigazzjonijiet dwar il-każ għadhom għaddejin mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga.
//= $special ?>