Lokali

Sanondaf tinawgura d-dħul tal-kumpanija fis-suq Ġermaniż, Żvizzeru u Awstrijakk

Is-sistema ta’ diżinfettazzjoni revoluzzjonarja li kapaċi teqred il-Corona Virus hija disponibbli fil-Ġermanja, l-Iżvizzera u l-Awstrija.

Sonoserv, sid il-kumpanija Sanondaf disinfection system, onorata tħabbar li l-kumpanija żiedet pajjiż ieħor mal-lista tas-swieq internazzjonali li hi preżenti fihom. Il-kumpanija ffirmat Master Franchise fil-Ġermanja, l-Iżvizzera u l-Awstrija bħala pjan biex tkompli tespandi l-ħidma tagħha fil-Kontinent Ewropew. Din it-tnedija hi parti mill-espansjoni tan-netwerks approvati bi franchises internazzjonali, hekk kif il-kumpanija qed tippjana tnedijiet interazzjonali oħra matul l-2021. Din l-inizjattiva strateġika ġejja mid-domanda li dejjem qed tiżdied għall-kwalità, effettività u servizzi ta’ diżinfettazzjoni minn kumpaniji u individwi madwar il-globu biex jiġu assikurati postijiet tax-xogħol u postijiet abitabbli.

James Degiorgio, CEO ta’ Sanoserv spjega li l-espansjoni ta’ Sanondaf fi swieq oħra internazzjonali ma’ franchises approvati se ttejjeb l-abbiltà tal-kumpanija biex tkun eqreb lejn il-klijenti madwar id-dinja u tkun f’pożizzjoni li toffri servizz aħjar u aktar effiċenti. Sanondaf rat żieda qawwija fit-talbiet għas-servizz ta’ diżinfettazzjoni professjonali minn klijenti internazzjonali. Dan kollu għen biex ngħaġġlu l-proċess biex inkunu nistgħu nimirħu f’oqsma internazzjonali oħra. Degiorgio kompla jispjega li l-kumpanija kompliet tespandi u tkabbar l-operat tagħha fl-ittestjar b’teknoloġiji effettivi u servizz li hu approvat li jaħdem kontra viruses magħrufa u patoġeni oħra.

Is-sid tal-German Master Franchise qal li hu entużjast li fl-aħħar ġab servizz ta’ diżinfettazzjoni revoluzzjonarju l-Ġermanja. L-effett doppju tas-servizz ta’ bexx flimkien mas-sistemi ta’ diżinfettazzjoni se jippermettu arja u uċuħ tal-għamara aktar nodfa u diżinfettati b’mod sikur. Is-sistemi ta’ Sanondaf kienu użati b’mod estensiv fl-isptarijiet, fl-iskejjel, fuq l-ajruplani, fil-karozzi, f’kumpaniji farmaċewtiċi u stabbilimenti tal-ikel b’riżultati eċċellenti. Dan kollu hu possibbli minħabba l-esperjenza u l-ispeċjalizzazzjoni fis-settur.

Għal aktar informazzjoni u appuntamenti żur is-sit jew ikkuntatjana permezz ta’ email jew b’mod telefoniku fuq 01717710519.