Il-partita mis-Serie A bejn Bologna u Benevento qasmu l-punti hekk kif temmew fi draw ta’ 1-1. Bologna fetħu l-partita bl-aqwa mod possibli hekk kif marru fil-vantaġġ mal-ewwel minuta permezz NICOLA SANSONE wara pass tajjeb ta’ Musa Barrow.
Madanakollu Benevento daħlu aktar fil-partita u proprju fis-60 minuta ġabu il-gowl tad-draw meta minn pass tajjeb ta’ Kamil Glik kien NICOLAS VIOLA li b’daqqa ta’ takkuna tefa’ ġewwa għal 1-1.
B’hekk Benevento u Bologna baqgħu fit-tlettax u l-erbatax-il post rispettivament b’24 punt kull wieħed.
//= $special ?>