Sport Sport Ieħor

Il-Gozo Motorcross Association torganizza il-ħames round tal–kampjonat

(Ritratt: Liliana Xuereb)

Il-Gozo Motorcross Association organizzat il-ħames round tal–kampjonat, nhar il-Ħadd, 7 ta’ Frar, fost ħafna entużjażmu u eċitament fost is-sewwieqa nfushom. Mhux inqas minn 22 sewwieq ipparteċipaw f’din ir-rawnd, filwaqt li l-qofol tal-ġurnata ntlaħaq meta saru tlielaq tal-Klassi Junior, fejn tfal bejn 6 u 11-il sena kkompetew flimkien. Dawn kienu – Zac Tabone, Trysten Theuma, Luka Haber u Milos Schembri.

Is-sewwieqa, f’kull klassi wrew ħila u determinazzjoni liema bħala, hekk kif saru 18-il tiġrija nteressanti ferm. Fi klassi D ipparteċipaw żewġ sewieqa femminili fiilwaqt li saret Klassi mizjuda, dik għas-sewwieqa Endruo.

Fi klassi A , ic-Champion kurrenti Steve Xuereb ġie fl-ewwel post segwit minn David Dimech u Mario Cauchi rispettivament. Fil-kategorija B Robert Spiteri rebaħ din il-klassi, filwaqt li Jorn Stellini ġie fit-tieni post u Matthew Zammit it-tielet.

Imbagħad Jurgen Attard, irnexxielu jakkwista is-sittin punt tal-ġurnata fi klassi Ċ, iż-żgħażugħ

Mark Camilleri segwa warajh, filwaqt li s-sewwieq Malti William Sant akkwista t-tielet post.

Fi Klassi D, rajna s-sewwieqa ġodda Luke Caruana u Paul Caruana jidħlu fl-ewwel u t-tieni post ripettivament segwiti minn Chris Tyler Mizzi li  wkoll huwa sewwieq ġdid f’din il-kategorija.

Clyden Formosa ssupera l-klassi Enduro filwaqt li Joseph Gauci u Samuel Gauci daħlu it-tieni u t-tielet rispettivament.

Fl-aħħar tal-ġurnata, GMA training Coach, Scott Donovan qassam trofej u medalji lis-sewwieqa rebbieħa. Dawn kienu sposorjati minn Grima Service Station u Grima Fuel Supplies filwaqt li ngabru l-punti ghall-klassifika tal-kampjonat.

Gozo Motocross Association javża li l-kwarta finali ta’ dan il-kampjonat issir nhar il-Ħadd 7 ta’ Marzu 2021. Sadanittant, il-GMA tavza li l-attività hija magħluqa għall-membri tal-pubbliku u jistgħu biss jattendu dawk li għandhom il-permess maħruġ minnha.