Futbol Sport

Jefferson ta’ Gżira United, ippreżentat bl-unur ta’ Tescoma l-isbaħ gowl t’Ottubru

L-attakkant ta’ 26 sena mill-Brażil u li jilgħab ma’ Gżira United FC, Jefferson Assis kien ippreżentat uffiċjalment bl-unur ta’ Tescoma Malta l-isbaħ gowl t’Ottubru, liema unur hu mogħti esklussivament minn Replay (Net Television) fil-futbol lokali.Il-presentazzjoni saret fil-ħanut ta’ Tescoma Malta, li jinsab f’San Maison, f’Tal-Pietá, Annalise Azzopardi, Sales Assistant ta’ din il-kumpanija b’reputazzjoni mill-aqwa għall-manifattura ta’ prodotti u utensili tal-għola livell għall-kċina.

Jefferson rebaħ dan l-unur wara li ġab l-akbar ammont ta’ voti f’votazzjoni li saret online, permezz tal-paġna ta’ Facebook ta’ Replay (Net Television).

Il-gowl rebbieħ kien dak li Jefferson skorja lejn l-aħħar t’Ottubru kontra Zejtun Corinthians FC, fir-rebħa li Gzira United FC kellhom bl-iskor ta’ 2-1.

Intant illejla, fid-9:30pm waqt il-programm ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa filgħaxija, Replay Preview, se jkun qed jixxandar servizz speċjali dwar ir-rebħ ta’ dan l-unur, b’intervista ma’ Jefferson.