Coronavirus Ekonomija Kummerċ Lokali

“Jiddependi x’se jiġri” – Silvio Schembri

Il-Gvern ta’ Robert Abela mhux qed ikun car dwar il-wage supplement u x’se jigri wara Marzu li ġej. Bil-Ministru Silvio Schembri ma joffri ebda serħan il-moħħ lin-negozji u lill-eluf ta’ ħaddiema li jinsabu mħassba ferm dwar id-daqqa li din il-pandemija ħalliet fuqhom.

Bir-risposta tiegħu Schembri kompla jitfa’ iktar inċertezza dwar kemm din l-għajnuna se tkompli kollha wara Marzu li ġej. Dan ikompli juri kemm dan il-Gvern, mhux Gvern li jaħseb u jippjana fit-tul.

Mistoqsi wkoll minn dan l-istazzjon x’qed jaghmel il-Gvern dwar is-sitwazzjoni tal-qgħad f’pajjiżna, Silvio Schembri prova jgiddeb l-istatistika li ħarġet mill-NSO.

Ċifri maħruġa ftit tal-ġimgħat ilu mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li bħalissa f’Malta hawn kważi 13-il elf persuna li jinsabu bla impjieg.