Il-kap tal-kumitat organizzativ tal-Olimpjadi li se jsiru f’Tokyo, kellu jirriżenja mill-kariga minħabba xi rimarki mhux f’posthom li għamel aktar kmieni din il-ġimgħa dwar ir-rappreżentanza femminili f’laqgħat tal-bord tad-diretturi.
Yoshiro Mori li għandu 83 sena, qal li laqgħat ma’ rapreżentanti femminili jieħdu ħafna ħin minħabba li jitkellmu ħafna. B’reazzjoni għal dan waslet kritika qawwija fil-konfront ta’ Miro bi grupp ta’ madwar 400 voluntier jirtiraw l-applikazzjoni tagħhom sabiex jipparteċipaw fl-Olimpjadi.
Filwaqt li talab apolġija ta’ dwar dawn ir-rimarki, Miro saħaq li l-aktar ħaġa importanti hi li jsiru l-Olimpjadi u għalhekk ħass li l-preżenza tiegħu kienet se tkun xkiel għal kumitat organizzativ.
//= $special ?>