Bħal ma għamlet il-Qorti ta’ Għawdex, il-Qorti tal-Appell Kriminali, ippreseduta mill-Imħallef Giovanni Grixti, ċaħdet it-talba għal libertà proviżorja ħelsien ta’ Dun Ġużepp Sultana ta’ 84 sena u Dun Ġużepp Cini ta’ 71 sena, t-tnejn mix-Xagħra.
Fil-bid tal-ġimgħa d-difiża ppreżentat rikors fil-Qorti bil-għan li jitolbu l-ħelsien mill-arrest taż-żewġ akkużati. Din it-talba ma sabitx l-oġġezzjoni tal-Prosekuzzjoni fejn qalet li hija tħalli kollox f’idejn l-istess Qorti dwar dan.
Wara li dawn is-saċerdoti tressqu l-Qorti li wara li semgħet l-ewwel provi ddikjarat li hemm provi biżżejjed biex jitpoġġew taħt att ta’ akkuża. Filwaqt li Sultana huwa akkużat b’abbużi sesswali, korruzzjoni ta’ minorenni meta huwa bħala saċerdot jara li dawn l-abbużi ma jseħħux, Cini ma’ dawn l-akkużi qed jiġi mixli wkoll bi stupru.
Huma qed jiġu akkużati li wettqu dawn ir-reati fuq abbati minoreni u dan fuq tifel li dak iż-żmien kellu anqas minn 12-il sena. Dawn ir-reati seħħew bejn l-2003 u l-2005.
Ġużepp Sultana serva fil-parroċċa tax-Xagħra u anke barra minn Malta u Joseph Cini, serva fil-parroċċa tal-Għasri bejn 1992 u l-2004 kif wkoll fil-parroċċa tax-Xagħra.
Iż-żewġ qassisin Għawdxin ġew sospiżi milli jqaddsu u mid-dmirijiet oħra ta’ saċerdoti. Din is-sospensjoni waslet wara l-investigazzjoni u fuq rakkomandazzjoni li għamlet is-Safeguarding Commission tal-Kurja wara r-rapporti li rċiviet dwar iż-żewġ qassisin.
Sa issa xehed il-vittma nnifsu, l-Isqof t’Għawdex Anton Theuma u l-Arċipriet Emeritu, Monsinjur Ewkarist Sultana, li wkoll kien ġie investigat fuq abbu#i sesswali, bil-kap tas-Safeguarding Commission, Andre Azzopardi, talab biex dan jitwaqqaf mid-dmirijiet spiritwali tiegħu, kif fil-fatt seħħ.
Il-kumpilazzjoni li qed tinstema’ quddiem il-Maġistrat Monica Vella se tkompli tinstema’ fil-Qorti ta’ Għawdex nhar it-Tnejn 8 ta’ Marzi. Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur Joseph Busuttil filwaqt li għall-akkużati qed tidher l-Avukat Angele Formosa.
//= $special ?>