Sanoserv, sid il-kumpanija Sanondaf disinfection system, hu onorat li l-kumpanija rebħet il-Best Hygiene & Cleaning Company of the Year fil-Malta Healthcare Awards 2021 li sar fil-lukanda InterContinental Malta fid-29 ta’ Jannar 2021. L-avventiment li kien organizzat minn Dynemic Event b’kollaborazzjoni mal-Malta Business Review u l-Malta Independent on Sunday, ippremjat “Best in Class” lill-ħaddiema tas-saħħa u kumpaniji li ddisingwew lilhom infushom fl-2021.
Jason Degiorgio, CEO ta’ Sanoserv, qal li dan l-unur li rebħu juri l-isforz kbir li t-tim ta’ Sanondaf għamel matul iż-żmien ta’ sfida li konna affaċċjati bih biex jassigura s-saħħa tal-klijenti tagħna. Dan is-suċċess ma kienx ikun possibbli mingħajr l-investiment u d-dedikazzjoni tat-tim li sar matul dawn l-aħħar snin, b’metodi innovattivi, diżinfettar professjonali li ma jagħmilx ħsara lill–ambjent u servizz li llum hu disponibbli f’erbatax-il pajjiż madwar id-dinja f’ħames kontinenti differenti.
L-unuri, li kienu organizzati għall-ewwel darba din is-sena, kienu ġġudikati minn persuni professjonali li jaħdmu fis-settur tas-saħħa tal-pajjiż u jinkludu lil: Dr. Stephen Spiteri, Dr. Joseph Xuereb u Prof. Charles Savona.
Għal aktar informazzjoni fuq il-kumpanija żur is-sit.
//= $special ?>