Minħabba t-temp, l-attività politika indirizzata mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ta’ għada se ssir fid-Dar Ċentrali minflok f’Ħaż-Żabbar kif kien avżat qabel.
L-attività tibda fil-11am u min jixtieq jattendi, għandu jirreġistra billi jċempel fuq 2596 5460. Dan biex ikunu segwiti l-linjigwida b’konformità mar-regolamenti maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.
Min-naħa l-oħra, l-attività tixxandar ukoll fuq NET Television, NET FM u l-media soċjali.
//= $special ?>