Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: Żewġ vittmi – 154 każ ġdid

Huma 154 il-każi ġodda ta’ Covid-19 f’pajjiżna li ġew irreġistrati bejn l-Ġimgħa u s-Sibt.

Din iċ-ċifra ttella’ għal 19,651 n-numru totali ta’ persuni li ħadu l-virus f’Malta sa mill-bidu tal-firxa tal-pandemija fil-Gżejjer Maltin.

Fl-istess perjodu ta’ ħin fiequ 206 persuna biex issa huma 17,017 dawk il-persuni li fiequ.

Dan kollu tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa, fejn ġie mħabbar ukoll li fl-aħħar 24 siegħa pajjiżna rreġistra żewġ vittmi oħra tal-pandemija, żewġt irġiel ta’ 63 u 82 sena li tilfu ħajjithom fl-Isptar Mater Dei.

Sabiex it-total ta’ vittmi tal-Covid-19 f’pajjiżna issa qed jammonta għal 290, 23 vittma matul ix-xahar ta’ Frar s’issa

B’hekk, il-każi attivi issa jammontaw għal 2,344.

Dan filwaqt li tul il-jum tal-Ġimgħa ngħataw 2,130 vaċċin – b’919 jingħataw t-tieni doża.