Rowen Camilleri
BIRKIRKARA…………0
ĦAMRUN S…………….2
Birkirkara: S. Guarnone, E. Pepe, Y. Yankam, L. Montebello, P. Mbong, K. Zammit (I. Ntow 38’), F. Verde, C. Attard, C. Bonanni (R. Alidor 62’), C. Prado, A. De Paixao (R. Briffa 62’)
Ħamrun S: E. Bartolo, D. Gojkovic, M. Guillaumier, A. Oyama (K. Micallef 76’), J. Mbong, A. Soares (X. Portelli 93’), F. Sasere, S. Valero, J. Corbalan, P. Djordjevic, E. Marcelina (I. Adeshina 89’)
Imwissija: K. Zammit 24’, L. Montebello 33’, C. Bonanni 35’, C. Attard 68’ (B), J. Mbong 28’, M. Guillaumier 76’, E. Marcelina 81’ (Ħ)
Skorjaw: A. Soares 8’, 91’ (Ħ)
Referee: Ishmael Barbara
Assistenti Referees: Roberto Vella u Luke Portelli
Il-Mument Plejer tal-logħba: Juan Corbalan (Ħamrun Spartans)
BOV Plejer tal-logħba: Ailton Soares (Ħamrun Spartans)
F’partita mimlija tensjoni sa mill-bidu tagħha, Ħamrun Spartans għelbu lil Birkirkara 2-0 biex b’hekk irreġistraw ir-raba’ rebħa nfila u żammew posthom fil-quċċata.
Ħamrun Spartans fetħu l-iskor wara tmien minuti minn ħarba ta’ Mbong li kompla l-ballun ‘il quddiem lejn AILTON SOARES b’dan tal-aħħar javvanza u minn tarf fil-kaxxa tefa’ l-ballun wara Guarnone għal-1-0 favur l-Ispartans. Żewġ minuti wara reġgħu kienu perikolużi meta reġa kien Soares li daħal fil-kaxxa avversarja u wara li kien deher li tilef fil-ballun dan spiċċa għand Mbong li krossja lejn Sasere iżda wara li zamm b’sidru prova xutt mill-ewwel li spiċċa għoli. Ħamrun komplew jiddominaw u fis-27 minuta reġgħu impenjaw lil Guarnone meta is-solitu Soares qassam lejn Mbong li mingħaj ma qagħad jaħsiba u bi preċiżjoni żmarka lil Juan Corbalan li kif sab ruħu quddiem Guarnone prova jqabbiżlu l-ballun iżda l-gowlkiper Taljan interċetta fil-ħin. Birkirkara kellhom attakk rari lejn il-lasti ta’ Ħamrun iżda x-xutt ta’ Paixao għadda barra.
Fit-tieni taqsima Birkirkara ħarġu perikolużi mill-ewwel u wara biss minuta Paul Mbong għadda ballun tajjeb lejn Ciao Prado li avvanza u sab lil Paixao iżda l-kross ta’ dan tal-aħħar kien mtajjar fl-aħħar mumenti minn Corbalan. Fil-51 minuta Ħamrun fallew ċans tad-deheb meta Mbong ġab lil Soares waħdu mal-gowlkiper iżda Guarnone laqa’ tajjeb il-konklużżjoni tan-numru għaxra ta’ Ħamrun. Ħamrun baqgħu ikunu l-aktar perikolużi u fit-63 minuta reġa’ kien Soares li rnexielu jinfed id-difiża tal-Istripes u ssikkat minn żewġ difensuri rnexxielu jixxutja iżda s-sostitut Isaac N’Tow tajjar fil-ħin minn fuq il-linja. Fis-76 minuta Birkirkara din id-darba sfortunati meta Ciao Prado rċieva ballun fit-tul iżda ra x-xutt mill-ewwel tiegħu jaħbat ma’ saqajn il-gowlkiper ta’ Ħamrun. L-ispartans issiġġilaw ir-rebħa meta l-plejer tal-logħba AILTON SOARES approfita minn żball ta’ N’Tow u wara ġirja minn tlett kwarti tal-pitch sab ruħu quddiem Guarnone u b’ċertu kunfidenza tefa’ l-ballun fix-xibka għat-tieni gowl tiegħu fil-partita u t-tlettax –il wieħed fil-Kampjonat.
//= $special ?>