Lokali

FILMAT: Karozza tidħol f’siġra fi Triq Nazzjonali

B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ f’inċident li seta’ ħalla aktar riperkussjonijiet gravi hekk kif karozza tat-tip Toyota baqgħet dieħla f’siġra wara li l-ewwel laqtet arblu fi Triq Nazzjonali fil-Floriana.

Kelliem għall-pulizija kkonferma ma’ Net News li l-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.00pm, meta xufier Sirjan ta’ 19-il sena residenti l-Ħamrun tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu fid-direzzjoni lejn il-Floriana u baqa’ dieħel f’siġra. Mhux magħruf x’wassal għal dan l-inċident.

Fuq il-post issejħet minnufih ambulanza, u kif ukoll marru għadd ta’ pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili. Is-Sirjan ċaħad kull għajnuna medika.

Il-vettura ġarrbet ħsarat estensivi.