Futbol Sport

Gatt isejjaħ skwadra ta’ 20 player għall-VisitMalta Women’s Tournament

(Ritratt: Lasha Kurpashvili)

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti tan-nisa, Mark Gatt sejjaħ skwadra ta’ 20 player għall-ewwel edizzjoni tal-VisitMalta Women’s Tournament li se jkun qed jintlagħab fil-Hibernians Stadium bejn it-18 u 23 ta’ Frar.

F’dan it-tournament se jkunu qed jieħdu sehem ukoll l-Islovakkja u l-Iżvezja. Gatt għażel li jagħmel ta’ tibdiliet mill-aħħar partiti li t-tim Malti lagħab fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-UEFA EURO 2022 kontra l-Iżrael u l-Ġorġja.

L-iskwadra finali

Gowlkipers: Janice Xuereb (Birkirkara), Patricia Ebejer (Mġarr United)

Difensuri: Stephania Farrugia, Alishia Sultana, Ann-Marie Said (Birkirkara), Charlene Zammit, Jade Flask, Jade Schembri (Swieqi United, Emma Lipman (Lazio, Italja), Nicole Sciberras (Juventus, Italja)

Midfielders: Simone Buttigieg (Kirkope United), Emma Xuereb, Shona Zammit, Kayleigh Chetcuti (Swieqi United), Veronique Mifsud (Birkirkara), Rachel Cuschieri (Lazio, Italja), Brenda Borg (Mġarr United)

Attakkanti: Kailey Willis (Verona, Italja), Martina Borg (Sassari Torres, Italja), Maria Farrugia (Sunderland, Ingilterra)