Futbol Sport

Ħallelin jisirqu safe mid-dar ta’ Ancelotti

(Ritratt: EPA)

Żewġ ħallelin daħlu fid-dar tal-kowċ ta’ Everton Carlo Ancelotti u serqu safe mid-dar tiegħu f’Corsby, Merseyside.

Jidher li dak il-ħin li l-ħallelin daħlu fid-dar kien hemm biss it-tifla ta’ Ancelotti fejn irnexxielha b’xi mod tisfratta is-serqa.

Fi stqarrija l-pulizija qalu li bħalissa hemm inkjesta għaddejja u l-propjetà se tkun eżaminata b’mod forensiku kif ukoll se jkunu elevati l-filmati mill-cameras tas-sigurtà li hemm mad-dar.

Ancelotti ssieħeb ma’ Everton fl-2019 fejn qabel mexxa lil Milan, Real Madrid u Chelsea fost l-oħrajn. Fl-aħħar snin għadd ta’ players u kowċis kienu vittma ta’ serqiet fosthom Fabinho, Dele Alli u Mesut Ozil.