Futbol Sport

Hibernians jibqgħu qrib Ħamrun

(Ritratt: MFA.com.mt)

George Cassar

Hibernians…………..2

Mosta……………………0

Hibernians: M. Calleja Cremona, A. Agius, Z. Grech, L. Almeida, F. Apap. S. Dos Anjos, B. Kristensen (A. Attard 88’), D. Vella, T. Fonseca (J. Grech 65’), Gilmar (Wilkson 88’), J. Degabriele (I. Iriberri 75’)

Mosta: C. Mafoumbi, J. Ekani, C. Failla, T. Farrugia, R. Morisco, G. Sciberras (L. Vella 79’), J. Bezzina, D. Naah, K. Romero (D. Debono 85’), M. Mifsud, B. Kaljevic (W. Donkin 55’)

Skurjaw: B. Kristensen 47’, A. Agius 51’ (H)

Referee: S. Petrovic

Il-plejer tal-logħba: B. Kristensen (H)

Żewġ gowls fl-ewwel sitt minuti tat-tieni taqsima taw rebħa oħra lil Hibernians li għenithom jibqgħu jżommu l-pass ma’ Ħamrun Spartans.

Wara taqsima bilanċjata, Hibernians skorjaw wara żewġ minuti mill-bidu tat-tieni taqsima. Divine Naah ta pass lura lill-gowlkiper Christoffer Mafoumbi li kkumplika ballun faċli u tajru ħażin. Bjorn Kristensen approfitta u skorja b’xutt fil-baxx minn barra l-kaxxa.

Il-Mostin baqgħu maħsuda u erba’ minuti wara sofrew it-tieni daqqa meta pass fit-tul ta’ Jurgen Degabriele sab il-ġirja mal-lemin ta’ Andrei Agius li baqa’ jsegwi l-pass u skorja t-tieni gowl Pawlist f’inqas minn ħames minuti. Il-Hibs laqtu wkoll il-lasta qrib is-siegħa logħob minn Tiago Fonseca u baqgħu jikkontrollaw il-logħba sal-aħħar biex b’hekk din is-sena għadhom imbattibbli.