Ambjent Lokali

Il-PN bi proposti sostenibbli anke dwar l-Ambjent

Anke fis-settur tal-Ambjent, il-Partit Nazzjonalista mhux jikkritika biss, iżda qed jaħdem fuq proposti sostenibbli biex ikunu inklużi fil-Programm Elettorali li jmiss.

Hekk spjega l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Politika Ambjentali Robert Cutajar waqt li kien qed jipparteċipa fi programm ta’ diskussjoni fuq Radio 103.

Robert Cutajar kompla li hemm bżonn qawwi ta’ bilanċ bejn l-iżvilupp u l-ambjent. Dan aktar u aktar meta l-Ministru tal-Ambjent Aaron Farrugia – matul l-istess programm – ammetta li għall-Gvern, l-Ambjent ma kienx prijorità.

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni qal li grazzi għall-Partit Nazzjonalista u l-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, l-Emerġenza fil-Klima ngħatat l-importanza li jixirqilha billi ttellgħet fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.

Min-naħa l-oħra, tenna Robert Cutajar, hu ċar li l-Gvern Laburista falla għalkollox fl-immaniġġjar tal-iskart.