Lokali

Jeħlisha ħafif wara li vann jinħakem minn nirien

Kmieni s-Sibt filgħodu sewwieq ħelisha ħafif wara li l-vann li kien qiegħed isuq għal xi raġuni nħakem minn nirien.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ filgħodu fi Triq Dun Karm, f’Birkirkara meta għal xi raġuni tkebbes in-nar fil-vettura. Fortunatament ir-raġel irnexxielu jikser fil-ġenb u joħroġ waħda mill-van.

Fil-post ġew msejħa minnufih uffiċjali tal-Pulizija u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili f’qasir żmien.

Fortunatament is-sewwieq ma ġarrab ebda ġrieħi.