Nhar l-Erbgħa nżamm l-ENERVIT MTTK Open fis-sala tat-Table Tennis Klabb f’Ħaż-Żebbuġ. F’dan it-tournament kien hemm 25% aktar żieda fil-parteċipant mill-ewwel edizzjoni.
It-tournament kien kompost minn żewġ kategoriji: Kategorija 1- Advanced u Adulti u Kategorija 2- Junior Beginners. Sacha Pace u Julian Cassar kienu r-rebbieħa fil-kategoriji rispettivi.
Sacha Pace għeleb lil Aaron Abela fil-finali ta’ Kategorija 1 fejn rebaħ bl-iskor ta’ 3-1 filwaqt li Julian Cassar għeleb lil Andrew Jaoude 3-0.
L-MTTK toffri opportunitajiet ta’ taħriġ fit-table tennis għal kull eta’. Wieħed jista’ jew jidħol f’sezzjoni ta’ grupp jew individwali skond l-eta’ u l-abbilta’ jew inkella jista’ ukoll jikri mejda għal użu privat mal-ħbieb.
//= $special ?>