Lokali

Jum San Valentino differenti

Il-Festa ta’ San Valentinu … il-Festa tal-Maħbubin. 16-il seklu minn meta l-Papa Ġelasju ddedika l-14 ta’ Frar bħal l-Festa ta’ dan il-Qaddis.

Ħafna jiċċelebraw din il-Festa billi jagħtu xi warda ħamra – li tissimbolizza l-imħabba pura – jew xi kaxxa ċikkulatini lill-persuni speċjali.

Iżda minħabba l-Covid-19, ta’ din is-sena il-Festa ta’ San Valentinu mhux mistennija tkun bħas-soltu għax bir-restrizzjonijiet li qed ngħixu fihom, la tista’ tgħannaq u lanqas tbus.

Net News niżel il-Belt biex jistaqsi diversi mistoqsijiet lil publiku rigward il-fetsa ta San Valentinu, nkluż l-Maltin u l-Għawdxin, kif jħarsu lejn din il-festa? X’inhuma l-pjanijiet għal dan it-tmiem il-ġimgħa? u x’se jagħtu lill-maħbub jew maħbuba tagħhom?

Il-fatt li l-Festa ta’ San Valentinu din is-sena hi differenti mis-snin l-oħrajn kien ikkonfermat ukoll minn riċerka li saret fl-Istati Uniti, li uriet kif għal San Valentinu, l-ommijiet jippreferu li jkollhom ftit ħin għalihom infushom biex jistrieħu – mingħajr l-irġiel u t-tfal – minflok ward jew ċikkulatini.