Minn żmien il-Gran Mastru Pinto fl-1535, il-Karnival Malti, li ġie ispirat mill-festa Taljana Carne vale, jagħti ċ-ċans li wieħed jagħqqad kostum u maskra, filwaqt li joħroġ jiċċelebra l-aħħar tmiem il-ġimgħa qabel ma jibda ż-żmien ta’ riflessjoni tar-Randan.
Iżda din is-sena, il-pandemija gerfxet xi ftit l-attivitajiet, għalkemm id-dilettanti għamlu minn kollox biex iżommu ħaj l-ispirtu.
Dan għaliex minkejja li n-nies ma jistgħux jiltaqgħu f’mases u f’attivitajiet li ssoltu huma sinonimi mal-Karnival, l-ispirtu xorta nżam ħaj bil-bini ta’ karrijiet li ma jiċċaqalqux u li qed iżejnu kemm il-Belt, kif ukoll diversi rħula madwar Malta.
Il-Covid-19 ma waqqafx ukoll iż-żifna tal-Karnival mill-grupp ta’ żeffiena, ‘Concept of Movement’, li ġew fit-tieni post fuq Malta’s Got Talent.
NET News tkellem ma’ Cheryl Lofreda, il-fundatur tal-grupp. Cheryl Lofreda stqarret li kien hemm diversi diffikultajiet biex tittella din iż-żifna minħabba ċertu restrizzjonijiet tal-COVID-19, madankollu bis-saħħa ta ‘teamwork’ il-grupp irnexxielu jegħleb dawn l-isfidi.
//= $special ?>