Internazzjonali Kurżitajiet

Larry jagħlaq 10 snin f’No.10

Il-Prim Ministri tar-Renju Unit jiġu u jmorru. Min għax jitlef elezzjoni u min għax irriżenja minn jeddu jew għax ikun mġiegħel miċ-ċirkostanzi politiċi. Iżda l-karattru li baqa’ kostanti f’No.10 hu l-qattus Larry, li f’dawn il-ġranet għalaq għaxar snin bħala l-qattus uffiċjali tar-residenza tal-Prim Ministru Britanniku.

Larry kien adottat minn shelter tal-annimali lura fl-2011 hekk kif faqqgħet problema serja ta’ ġrieden f’Downing Street. Ħafna affarijiet inbidlu fil-pajjiż f’dawn l-aħħar 10 snin, mhux l-inqas il-Prim Ministri. Fil-fatt Larry, li llum għandu 13-il sena, serva taħt tliet Prim Ministri; David Cameron, Theresa May, u issa Boris Johnson.

Ikkummenta