Futbol Sport

Marsaxlokk jiksbu punt b’għaxar plejers

Chris Cassar

MARSAXLOKK …………………………… 1

QRENDI ……………………………………. 1

Marsaxlokk: F. Tabone, G. Barone, N. Ghio, P. Doffo, J. Lopes Mendes, J. Spiteri, B. Sciberras, D. Sammut, C. Brincat, R. Winchester, R. Fenech.

Qrendi: J. Azzopardi, L. Martinelli, J. Busuttil, A. Nilsson, M. Brincat, A. Agius, D. Bueno, J. Diumasumbu, E. Vella, D. Azzopardi, M. Gatt.

Referee: Ezekiel Barbara

Marsaxlokk kisbu punt minkejja li lagħbu l-aħħar 20 minuta bi plejer inqas. Qrendi kellhom iktar mil-logħob speċjalment fit-tieni taqsima u kien biss grazzi għas-saves tal-goalkeeper Xlukkajr li l-logħba ntemmet fi draw.

L-ewwel taqsima kienet ferm bilanċjata bix-Xlukkajri ikollhom xi ftit iktar inizjattiva iżda Qrendi kienu xi ftit iktar perikolużi. L-ewwel azzjoni perikoluża kienet ta’ Marsaxlokk fit-12-il minuta fejn dawn kienu sfortunati meta xutt minn pożizzjoni angolata ta’ Russell Fenech ħabat ma’ sieq il-lasta u spiċċa f’idejn il-goalkeeper.

Fit-18-il minuta Qrendi fetħu l-iskor b’azzjoni tajba fuq il-lemin ta’ Michael Gatt li qassam lejn Daniel Bueno li mattar siequ u antiċipa lid-difesnur u spara fis-saqaf tax-xibka. Il-gowl tad-draw tax-Xlukkajri wasal tmien minuti wara u kien rigal tal-goalkeeper ta’ Qrendi Azzopardi li wara ħarġa tajba ħarablu l-ballun minn idu u ġie f’saqajn Josuel Spiteri li ma kellux diffikulta ikompli għal ġewwa.

Fit-28 minuta azzjoni perikoluża ta’ Michael Gatt bil-ballun jgħaddi ftit barra. Sal intervall iż-żewġ naħat kellhom xi tentattivi mid-distanza iżda l-goalkeepers ma kienux iktar impenjati.

Fit-tieni taqsima freekick tas-sostitut Perdomo u save brillanti tal-goalkeeper ta’ Marsaxlokk Tabone. Ftit wara l-istess Perdomo kellu freekick jgħaddi ftit għoli. Fis-70  minuta daqqa ta’ ħarta għax-Xlukkajri meta Winchester kien muri t-tieni karta safra. Għaxar minuti mit-tmiem Tabone salva b’siequ xutt fil-baxx ta’ Perdomo.

BOV CHALLENGE LEAGUE
Illum: Naxxar L. v St. Andrews 4-0, M’ Xlokk v Qrendi 1-1 Għada: Centenary Stadium: St. George’s v Żebbuġ R. 11.00am Victor Tedesco Stadium: Mqabba v Fgura U. 2.00pm, Pietà H. v San Ġwann 6.00pm It-Tnejn: Centenary Stadium: Qormi v Marsa 8.30pm Victor Tedesco Stadium: Swieqi U. v Pembroke A. 8.30pm