L-eks Chairman ta’ Media Link Communications Pierre Portelli irriżenja mill-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.
F’ittra mibgħuta lill-President tal-Eżekuttiv Alex Perici Calascione u wara laqgħa mal-Kap tal-PN Bernard Grech, Pierre Portelli qal li qed jibgħat l-ittra bħala konferma formali li irriżenja peress li hu kien awtomatikament dekadut minħabba li m’attendiex numru ta’ laqgħat.
Hu qal li qed jagħmel din it-talba fid-dawl ta’ diversi mistoqsijiet li qed isirulu dwar iż-żmien meta kien Chairman ta’ Media Link Communications sabiex ħadd ma jinqeda bih biex jagħmel ħsara lill-PN.
Pierre Portelli qal li jirriżerva d-dritt li jwieġeb għal dawn l-istejjer fiż-żmien opportun iżda ma jridx nies ta’ rieda ħażina biex jagħmlu ħsara lill-partit.
//= $special ?>