Sport Sport Ieħor

Rafael Nadal jagħmilha għall-fażi li jmiss fl-Open tal-Awstralja

(Ritratt: EPA)

Rafael Nadal b’mod faċli għamilha għar-round tal-aħħar 16 tal-Open l-Awstralja hekk kif elimina lil Cameron Norrie 7-5, 6-2, 7-5.

Is-seed numru erbgħa, Daniil Medvedev kellu jitħabat biex għeleb lil Filipa Krajinovic 6-3, 6-3, 4-6, 3-6, 6-0. Medvedev kellu vantaġġ komdu ta’ żewġ sets iżda ħalla lil Krajinovic jirkupra b’konsegwenza li ġġieled mal-kowċ tiegħu.

Mis-singles tan-nisa, Ash Barty eliminat lil Ekaterina Alexandrova f’żewġ sets 6-2, 6-4.