S.LUCIA…………….7
TARXIEN……………0
S.Lucia: M.Montfort (C.Farrugia 84’), T.Tabone Desira, A.Prates, E.Uzeh, K.Correia, A.Magri Overand (J.Vella Critien 69’), N.Pulis (M.Camilleri 84’), A.Souza, K.Ante Rosero, J.Zerafa (K.Xuereb 69’), R.Caseres (R.Tachikawa 56’)
Tarxien: J.Borg, C.Conceicao, E.Bilboa Zarate (K.Attard 82’), V.Plut, J.Debono, L.Ferreira (D.Falzon 62’), E.Rosado, I.Paz (M.Spiteri 62’), K.Gatt, M.Tabone C.Escobar
Referee: A.Sciriha
Assistenti Referees: M.Scerri, P.Apap
Santa Lucia komplew juru l-potenzjal tagħhom fil-Kampjonat BOV Premier b’rebħa kbira ta’ 7-0 kontra Tarxien. B’din ir-rebħa it-tim ta’ Oliver Spiteri telgħu fil-ħames post tal-klassifika b’29 punt filwaqt li Tarxien baqgħu fiż-żona tar-relegazzjoni bi 15-il punt. Santa Lucia ħarġu fuq l-offensiva mill-ewwel minuti u proprju fil-ħames minuta fetħu l-iskor permezz ta’ JAMIE ZEREAFA meta wara azzjoni maħduma tajba fuq il-lemin il-cross shot tiegħu spiċċa fl-anglu tal-lasta biex għeleb lil Jurgen Borg għal 1-0. Santa Lucia ma damux ma għamluwhom tnejn hekk kif fl-14-il minuta irduppjaw permezz tal-attakant prolifiku KEVIN ANTE ROSERO hekk kif minn corner minn fuq ix-xellug għola fuq kulħadd u b’daqqa ta’ ras tajba tefa’ wara l-gowlkiper ta’ Tarxien.
Fit-tieni taqsima il-logħba ma nbidlitx b’Santa Lucia jibqgħu ikunu perikolużi. Minuta biss mill-ħruġ tat-tieni taqsima Jurgen Borg dawwar f’corner xutt tajjeb ta’ Ante Rosero. Biex fit-48 minuta RENE AUGUSTO CASERES għamilhom tlieta b’xutt tajjeb fil-baxx mid-distanza fl-anglu tal-lemin. Ir-raba’ gowl wsal biss minuta wara hekk kif Ante Rosero seraq tajjeb il-ballun, avvanza u qabeż difensur ta’ Tarxien u tefa cross fil-baxx min-naħa tal-lemin, fejn sab lil ALAN DA SOUZA li mill-viċin ma żbaljax. B’Santa Lucia f’kontroll totali tal-logħba fis-56 minuta skorjaw il-ħames gowl u t-tieni wieħed personali għal KEVIN ANTE ROSERO li mill-viċin ikkonkluda ġewwa wara li Jurgen Borg kien wettaq save tajjeb fuq ix-xutt ta’ Souza. Fit-80 minuta wasal gowl ieħor għal Santa Lucia permezz taż-żagħżugħ NICHOLAS PULIS li b xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa għeleb lil Jurgen Borg għal 6-0. Biex fit-89 minuta KEVIN ANTE ROSERO għaqqad it-tripletta personali b’daqqa ta’ ras mill-viċin għal skor finali ta’ 7-0.
//= $special ?>