Sewwieq ta’ mutur Taljan kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Gżira.
Il-każ seħħ ftit wara t-tmienja u nofs tas-Sibt filgħodu fi Triq Sir Patrick Stuart meta għal xi raġuni l-vittma ta’ 37 sena tilef il-kontroll tal-mutur bil-konsegwenza li waqa’ minn fuqu.
Fil-post ġiet msejħa ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
//= $special ?>