Futbol Sport

Tliet punti importanti għal Floriana

Matthias Mizzi

Senglea Athletic.…0

Floriana……………..2

Senglea Athletic: M. Farrugia, S. Uyi, Z . Cassar (77’ R. Song), A. Abela, F. Gnindokponou, S. Buhagiar, I. Misan (62’ D. Xuereb), D. Fava, J. Tanti, J. Dibola, D. Kukic (70’ D. Abela)

Floriana: E. Akpan, E. Ruiz, D. Venancio, N. Leone (82’ D. Agius), K. Keqi (82’ E. Arab), J. Arias (70’ B. Paiber), J. Pisani, N. Garcia, A. Cini, A. Louzada (60’ J. Busuttil)

Imwissija: SGL: 31’ I. Misan FLN: 41’ D. Venacio

Skorjaw:  32’ K. Keqi, 51’ R. Camenzuli

Referee:  Matthew De Gabriele

Assistenti Referees:  Duncan Spiteri & Mark Ciantar

Raba’ Uffiċjal:  Emanuel Grech

BOV Plejer Tal-Logħba: Ryan Camenzuli (Floriana)

F’partita min-naħa t’isfel tal-klassifika, Floriana ħarġu rebbieħa fuq it-tim tal-aħħar post Senglea Athletic biex irritornaw għar-rebħ. L-ewwel nofs siegħa logħob kienu neqsin mill-attakki perikolużi miż-żewġ naħat, iżda fit-32 minuta Kristian Keqi fetaħ l-iskor b’daqqa ta’ rass preċiża.

Floriana komplew jirsistu biex fl-ewwel minuti tat-tieni taqsima huma rdoppjaw l-iskor. Kien proprju fil-51 minuta meta Ryan Camenzuli b’ġirja veloċi approfitta minn żball fid-difiża, qabeż lill-gowler u tefa’ fix-xibka mingħajr diffikultà. Il-Furjaniżi komplew jirsistu biex tliet minuti qabel id-disgħin minuta Farrugia kien strumentali biex ma sofriex gowl ieħor. Senglea ftit li xejn qamu għall-okkażjoni fl-aħħar mumenti tal-partita bl-iskor baqa’ dak ta’ 2-0. B’hekk Floriana akkwistaw tliet punti importanti waqt li Senglea baqgħu ankranti fl-aħħar post.