Raġel mill-Ħamrun kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Marsa.
Dan wara li uffiċjali tal-Pulizija u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, flimkien ma’ tim mediku tal-ambulanzi ġew msejħa fi Triq Aldo Moro wara li għal xi raġuni nqaleb vann tal-għamla Landrover misjuq mill-vittma ta’ 34 sena.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-tmienja tas-Sibt filgħodu meta għal xi raġuni s-sewwieq tilef il-kontroll tal-vettura bil-konsegwenza li l-vettura nqalbet.
Intant ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku tal-ambulanzi li ħadu l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
