Żewġt irġiel ta’ 31 sena u 21 sena sofrew ġrieħi wara li kienu involuti f’inċidenti tat-traffiku separati waqt li kienu qed isuqu mutur.
L-ewwel inċident seħħ ilbieraħ waranofsinhar għall-ħabta tas-1.30p.m. fi Vjal Ragusa fil-Mosta hekk kif seħħet ħabta bejn van tat-tip Mistubishi L200 misjuq minn raġel ta’ 64 sena residenti l-Mosta u mutur tat-tip Muz Baghira misjuq minn raġel ta’ 31 sena residenti r-Rabat.
It-tieni inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-5p.m. fi Triq l-Ewwel Titjira f’Ħal Kirkop. Anki hawnhekk seħħet ħabta bejn vettura tal-għamla Lexus misjuqa minn Sirjan ta’ 25 sena residenti Raħal Ġdid u mutur Kymco Agility misjuq minn raġel ta’ 21 sena mill-Bangladesh residenti l-Mosta.
Fiż-żewġ każi, is-sewwieqa tal-muturi ttieħdu l-Isptar Mater Dei fejn iktar tard kienu ċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi gravi.
//= $special ?>