Lokali

Bernard Grech jiltaqa’ ma’ Carmen De Marco li llum għalqet 100 sena

Il-Kap tal-PN Bernard Grech dalgħodu ltaqa’ ma’ Carmen De Marco li tgħix il-Mosta hekk kif illum għalqet l-età sabiħa ta’ 100 sena.

Bernard Grech qal li jħossu onorat li ltaqa’ ma’ din il-mara, mara li bil-valuri tagħha tat kontribut kbir lis-soċjetà Maltija speċjalment lis-soċjetà Mostija. 

Min-naħa tagħha Carmen ma naqsitx milli tirrakkonta diversi ġrajjiet li għaddiet minnhom matul ħajjitha inkluż kif kienet il-ħajja fil-Mosta fiż-żminijiet l-imgħoddija.

Flimkien mal-Kap tal-PN kien hemm il-Viċi Kap għall-ħidma fil-Parlament David Aguis u d-deputati  Edwin Vassallo u Marija Deguara.