Kenneth Vella
F’idejn Noel Baldacchino, Bijou De Carsi rebaħ it-tiġrija ewlenija li saret ilbieraħ wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Din kienet riservata ghal żwiemel tal-klassi Premier u għamlet parti mit-tieni laqgħa tas-sena fuq disa’ tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott fuq distanza qasira ta’ 2140m.
Noel Baldacchino temm l-aħjar sewwieq b’żewħ rebħiet.
Għaxar t’iżwiemel ħadu sehem fit-tiġrija tal-aqwa klassi. Bocsa De Lespi (Clifferty Calleja) kienet l-aktar b’saħħitha wara l-karozza tat-tluq u wara ftit metri fetħet vantaġġ żgħir minn Bijou De Carsi (Noel Baldacchino) u Digital Performer (Ludvic Ghigo).
Madankollu 400m mit-tmiem Bocsa De Lespi bdiet tnaqqas mill-ġiri u dlonk inqabżet minn Bijou De Carsi li ħa l-ewwel rebħa staġjonali b’tul u nofs minn Global Oracle (Charles Camilleri) u Digital Performer. Alcibiade (Patrick Spiteri) temm fir-raba’ pożizzjoni. Il-programm ta’ lbieraħ inkluda wkoll żewġ tiġrijiet tal-klassi Gold. Fl-ewwel wahda, kien hemm taqtiegħa eċitanti bejn erba’ żwiemel fid-dritta finali. Kienet Cherise
Farrugia li wasslet lil Avenir d’Or biex jieħu l-ewwel rebħa f’pajjiżna bi ftit, minn żiemel mill-istess stalel Coquin De Fontaine (Anton Cassar) u wara sprint fuq in-naħa ta’ ġewwa.
Id-debuttant Colibri Madrik (Mario Fenech) temm it-tielet minn Ami De
Clerlande (Noel Baldacchino). Kif kien mistenni fit-tieni tiġrija mill-istess klassi, il-favorit Aster Des Caillons (Charles Degiorgio) kien il-ħin kollu quddiem biex ha r-raba’ rebħa nfila u faċilment b’żewġ
tulijiet minn Business Du Bourg (Noel Baldacchino) u Joe Hoo Lee (Matthew Sammut).Dreams Take Time (Patrick Spiteri) daħal fir-raba’ pożizzjoni.
Ir-riżultati kollha
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Divonne (S. Grixti) Ħin – 2.47.6” (1.18.3”) 2. Black Is Black (A. Farrugia) 3. Gathania (C. Mercieca) 4. Ernest Des Angles (Ch. Gauci)
II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Gibson Desert (P. Galea) Ħin – 2.49” (1.19”) 2.Friend (J. Azzopardi) 3. Gitane Gemini (J. Gafa’) 4. Gege De L’Aunay (R. Briffa)
III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Flash Du Rabutin (N. Baldacchino) Ħin –2.48.6” (1.18.8”) 2. General De L’Isac (P. Galea) 3. Fifine (O. Barun) 4. Khali Magdalon(Ch. Gauci)
IV Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Avenir d’Or (Cherise Farrugia) Ħin – 2.44.7” (1.17”) 2. Coquin De Fontaine (A. Cassar) 3. Colibri Madrik (M. Fenech) 4. Ami De Clerlande (N. Baldacchino)
V Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Falcon Du Hamel (M. Attard) Ħin – 2.49.5” (1.19.2”) 2. Greatandeasy CC (J. Muscat) 3. Crack Des Lanciers (A. Attard) 4. Gaz Heuvelland (P. Galea)
VI Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Aster Des Caillons (Ch. Degiorgio) Ħin – 2.44” (1.16.6”) 2. Business Du Bourg (N. Baldacchino) 4. Dreams Take Time (P. Spiteri)
VII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. M.T. Khila (M. Ellul) Ħin – 2.47.5” (1.18.3”) 2.Verdi Des Charmes (J. Spiteri) 3. Secret Avenue (Ch. Farrugia) 4. Chuck De Larchamp (Cherise Farrugia)
VIII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Bijou De Carsi (N. Baldacchino) Ħin – 2.45.1” (1.17.2”) 2. Global Oracle (C. Camilleri) 3. Digital Performer (L. Ghigo) 4. Alcibiade (P. Spiteri)
IX Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Mr Magnifique (M. Bonnici) Ħin – 2.50.6” (1.19.7”) 2. Akili Buissonay (J. Zahra) 3. Conflit (T. Demanuele) 4. Aubrac Du Rib (N.Baldacchino)
//= $special ?>