Il-Bulgaru Grigor Dimitrov għeleb lis-seed numru tlieta Dominic Thiem 6-4 6-4 6-0 sabiex issa se jiltaqa’ kontra Aslan Karatsev fil-kwarti tal-finali.
Thiem saħaq li huwa m’huwiex magna u kellu problemi fiżiċi li wasslu għal din l-eliminazzjoni sorprendenti fir-raba’ rawnd tal-Open fl-Awstralja.
Għadda wkoll għall-kwarti tal-finali is-seed numru sitta’ Alexander Zverev li għeleb lis-Serb Dusan Lajovic 6-4 7-6 6-3. Zverev issa jiltaqa’ kontra Novak Djokovic li rebaħ lil Milos Raonic 7-6 4-6 6-1 6-4. Djokovic kien dubjuż għal din il-partita hekk kif kellu sofra injury abdomenali fil-ħames set tal-logħba tiegħu kontra Taylor Fritz nhar il-Ġimgħa.
Sadanittant, ir-Russu Aslan Karatsev kellu jitħabat mhux ftit sabiex għeleb l-isfida ta’ Felix Auger Aliassime, fejn kellu jirkupra żewġ sets wara li mar minn taħt 3-6 1-6 6-3 6-3 6-4.
//= $special ?>