F’nofs il-ġimgħa id-dieħla se jingħata bidu għall-istaġun tad-darts f’ Malta bit-turnament tas-Singles. Għal dan it-turnament huma eliġibbli li jikkompetu mhux biss plejers reġistrati ma’ klabbs, b’madwar 48 parteċipant japplikaw sabiex jieħdu sehem.
Dan it-turnament individawli se jsir skont il-protokol maħruġa mill-Awtoritajiet tas-saħħa filwaqt li kien hemm qbil unanimu bejn il-membri tal-assoċjazzjoni sabiex it-turnament tradizzjonali tat-timijiet ma jsirx.
Il-kompetizzjoni se tintlagħab fl-MFED Centre for Physical Education and Sports fil-Ħamrun bejn is-16 u s-26 ta’ Frar, biex imbagħad ikunu mħabbra ir-rebbieħa wara li jintlagħbu ir-rawnds deċisivi.
//= $special ?>