GŻIRA ………….1
LIJA …………….0
Gżira: A.Curmi, S.Borg, S.Pisani, D.Xuereb, M.Davis, N.Portelli, M.Maia, S.Borg, B.Atajic, J.De Assis, P.Lipao (A.Cohen 71’)
Lija: L.Bonnici, C.Cassar, I.Borg, F.Brandan, H.Wood, W.Serrano, M.Perez, J.Gill, C.Giordimaina, G.Virano (D.Scerri 84’), M.Flores.
Referee: E.Grech
Assistenti Referees: M.Scerri, I.Galea
Fl-ewwel partita ta’ llum fin-National Stadium, Gżira tħabtu mhux ftit sabiex kisbu rebħa importanti kontra Lija Athletic, biex b’hekk żammew il-pass mat-timijiet ta’ fuq Ħamrun u Hibernians. Għal Lija din it-telfa tħallihom jissiltu fil-postijiet tar-relegazzjoni fil-post ta’ qabel tal-aħħar bi 13-il punt filwaqt li bir-rebħa ta’ llum Gżira baqgħu fit-tielet post bi 43 punt, żewġ punti ‘il bogħod minn Hibernians.
l-ewwel azzjoni perikoluża għall-Gżira waslet fid-dsatax-il minuta meta minn free kick minn nofs il-grawnd kien Jefferson De Assis li ra ix-xutt tiegħu salvat mill-gowlkiper Luke Bonnici, biex mit-tieni tentattiv tiegħu il-ballun spiċċa barra mal-ġenb tax-xibka. Lija ressqu l-aktar viċin il-gowl fit-28 minuta meta minn pass tajjeb ta’ Walter Serrano kien Miguel Perez li b’xutt fil-baxx minn barra l-kaxxa laqgħat il-lasta, bid-difiża ta’ Gżira tbiegħed il-periklu. Lija kienu għal darba oħra perikolużi fit-43 minuta meta Harry Wood seraq tajjeb il-ballun b’Fernando Brandan jikkonkludi barra mil-lasti ta’ Gżira.
Fit-tieni taqsima iż-żewġ naħat provaw ifittxu il-gowl iżda ftit li xejn kienu perikolużi. Madanakollu fis-76 minuta Gżira rebħu penalty meta minn free kick fit-tul, il-ballun waqa’ fil-kaxxa, b’Clayton Girodimaina jgħolli siequ ma’ ras Maxwell Maia, bir-referee Emanuel Grech jordna penalty. Mill-ħdax-il metru MARTIN DAVIS tefa’ lil gowlkiper naħa u l-ballun naħa oħra biex għamel l-iskor 1-0 għal Gżira.
Gżira ikkontrollaw il-kumplament tal-partita b’Lija jonqsu milli joħolqu periklu lejn il-lasti ta’ Anthony Curmi. Clayton Giordimaina tkeċċa fid-90 minuta għal Lija wara żewħ karti sofor fuq xi rimarki li għadda lir-referee.
//= $special ?>