Sport Sport Ieħor

Hockey u Kick-Boxing fi SPORT EXTRA numru 16

Illum fuq NetTV mill-4.00 pm ‘l quddiem jixxandar il-programm numru 16
mis-serje SPORT EXTRA fejn it-temi ewlenin huma l-hockey u l-kick-boxing.
Fil-ġranet li għaddew Charles Camenzuli żar ic-ċentru tal-hockey f’Kordin fejn iltaqa’ mal-kowċ tat-tim Nazzjonali ANDRE’ GHIO kif wkoll mas-Segretarju Ġenerali tal-Hockey Association – Malta, DAVID AGIUS. Diskussi kemm il- kompetizzjonijiet lokali kif wkoll il-parteċipazzjoni internazzjonali u dak li l-HAM qed twettaq biex tiġbed atleti żgħażagħ biex jipprattikaw il-hockey.
Fit-tieni parti tal-programm intervista mad-direttur ta’ Team Noel –
KickBoxing Club – NOEL MERCIECA dwar il-kompetizzjoni li għandha ssir fil-ġimgħat li ġejjin u l-mod kif minħabba l-Covid-19 kellhom jittieħdu l-
prekazjonijiet kollha kemm fit-taħriġ u fil-preparazzjoni teknika.
SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli
b’muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati ta’ Joe Sultana u Michael Farrugia.