Bir-riżultat sorpriża ta’ ġurnata qabel u t-telfa ta’ Milan kontra Spezia, Inter approfittaw fejn għelbu lil Lazio u fl-istess waqt telgħu fl-ewwel post b’50 punt u qabżu lil Milan. Lazio baqgħu fis-seba’ post b’40 punt daqs Napoli u Atalanta. Fit-22 minuta foul ta’ Wesley Hoedt fuq Lautaro Martinez. Ir-referee Michael Fabbri saffar penalty b’ ROMELO LUKAKU jgħeleb lil Pepe Reina biex poġġa lil Inter fil-vantaġġ. Reazzjoni sterili minn Lazio b’Inter japprofittaw tant li minuta fuq il-ħin miżjud fi tmiem l-ewwel taqsima kien mill-gdid LUKAKU li għeleb lil Reina, liema gowl kien konvalidat bil-VAR.
Lazio fetħu t-tieni taqsima fuq l-attakk tant li fil-61 minuta naqqsu l-iskor. Azzjoni minn Sergej Milinkovic Savic lejn GONZALO ESCALANTE li għeleb lil Samir Handanovic għat 2 – 1. Tlett minuti wara f’reazzjoni immedjata Inter għamlu l-iskor 3 – 1 . Lukaku lejn LAUTARO MARTINEZ li ma falliex u għeleb lil Reina u għalaq il-partita bl-Inter fl-ewwel post tas-Serie A.
Fl-iStadio Olimpico Roma ħarġu rebbieħa kontra Udinese bl-iskor ta’ 3-0. Roma marru fil-vantaġġ kmieni fil-partita meta minn cross ta’ Gianluca Mancini, JORDAN VERETOUT tefa’ ġewwa bir-ras għal 1-0. Roma irduppjaw fil-25 minuta meta wara li Juan Musso waqqa’ lil Henrikh Mkhitaryan fil-kaxxa, ir-referee ordna penalty. Mill-ħdax-il metru JORDAN VERETOUT ma żbaljax biex skorja it-tieni gowl personali għal 2-0. Biex fit-93 minuta Roma għamluwhom tlieta meta wara li Edin Dzeko qassam fil-kaxxa, PEDRO RODRIGUEZ ikkonkluda għal ġewwa għal skor finali ta’ 3-0.
F’partita li ma tantx offriet azzjoni kien it-tim ta’ Atalanta li ħareġ rebbieħ kontra Cagliari bl-iskor ta’ 1-0 f’Sardegna Arena fi Sqallija. Il-gowl uniku wasal fid-90 minuta permezz ta’ LUIS MURIEL wara li avvanza tajjeb bil-ballun .
Sampdoria għelbu lil Fiorentina fil-Luigi Ferraris Stadium bl-iskor ta’ 2-1. Sampdoria marru fil-vantaġġ fil-31 minuta meta minn cross ta’ Gaston Ramirez, kien KEITA BALDE li b’daqqa ta’ ras tajba tefa’ ġewwa. Fiorentina ma damux ma ġabu id-draw meta fis-37 minuta il-gowlkiper ta’ Fiorentina salva tajjeb fuq free kick ta’ Enrick Pulgar, b’DUSAN VLAHOVIC ikun l-ewwel li jirreaġixxi u jiskorja għal Fiorentina. Bil-logħba f’parita, FABIO QUAGLIARELLA skorja il-gowl tar-rebħa fil-71 minuta minn cross ta’ Antonio Candreva.
Sassuolo għelbu lil Crotone 2-1 bil-gowls għal Sassuolo jaslu permezz ta’DOMENICO BERARDI fl-14-il munta, b’Crotone jirrispondu minn ADAM OUNAS ftit minuti wara.Biex fid-49 minuta FRANCESCO CAPUTO skorja penalty u ta ir-rebħa lil Sassuolo.
Il-Ġimgħa: Bologna v Benevento 1-1, Ilbieraħ: Torino v Genoa 0-0, Napoli v Juventus 1-0, Spezia v Milan 2-0, Illum: Roma v Udinese 3-0, Cagliari v Atalanta 0-1, Sampdoria v Fiorentina 2-1, Crotone v Sassuolo 1-2, Inter v Lazio 3-1, Għada: Hellas Verona v Parma 8.45pm
//= $special ?>